Xemgħa twila u ħoxna magħmula mill-għasel pur, twila aktar mis-soltu li titqiegħed fuq gandlier fuq il-preżbiterju mill-Għid il-Kbir sal-festa ta’ Lapsi. Tintuħa wkoll fir-rit tal-magħmudija. Il-blandun jirrappreżenta lil Kristu rxoxt wara l-mewt Tiegħu, għax wara l-qawmien sar Hu d-dawl tad-dinja. Miegħu jitwaħħlu bħal ħames ġandriet jew żerriegħa li jfissur l-ħames ħwawar li bihom indilek il-ġisem ta’ Kristu qabel id-difna. Il-blandun ikun dekorat bi tpinġija tas-salib u fuqu hemm l-ittri Griegi, A għal Alfa (il-bidu) u O għal Omega (t-tmiem), li jfissru l-bidu u t-tmiem tal-bniedem. Idj: ‘Qisu blandun’ – tingħad għal xi raġel twil u sabiħ. Ing. Paschal Candle li ġejja mil-Lhudi Pexaw.
Blandun
by miklem | Jul 12, 2018 | Bejn Kliem u Storja | 1 comment
1 Comment
Submit a Comment Cancel reply
This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.

Ma naħsibx li ‘Wied Blandun’ għandu xi ħaġa x’jaqsam ma’ dan. Għala hu msejjaħ hekk dal-wied? Jew jista’ jkun li ismu ġej minn ‘blando’ bit-Taljan jew bl-Ispanjol? Jew, ukoll, seta’ oriġinarjament kien ‘Wied Blanzun’?