Espr. li tfisser li xi ħaġa li ġrat issa mhix se terġa’ tmur lura għalli kienet; espr. oħra: “Għid appa!” – tingħad b’mod ta’ antiċipazzjoni meta xi ħadd jixtieq li tiġri xi ħaġa li żgur hi impossibbli jew diffiċli għall-aħħar li sseħħ. Espr. ‘għid appa ħej!’ Din tingħad meta xi ħadd juri stagħġib dwar dak li ħaddieħor qed jippretendi li se jieħu. Logħba bejn adult u tfajjel żgħir fejn l-adult jagħmel idejh ma’ mnieħer it-tifel biex taparsi se jeħodlu mnieħru. Il-kbir liż-żgħir jgħidlu ‘għid appa!, it-tifel jwieġbu ‘appa!’ u l-kbir jurih ras sebgħu l-kbir imdeffes bejn is-swaba’ l-oħra, bħallikieku dak kien l-imnieħer tat-tifel. Din l-espressjoni tingħad ukoll f’waħda mill-‘istejjer tal-ġganti’ li Patri Manwel Magri kien ġabar u ppubblika. F’rakkont minnhom, wara li tfajla tikkonvinċi lill-Ġganta biex tiddendel fil-bir, tgħidilha, ‘Issa għid appa!’ u dik tweġibha ‘appa!’. Fil-pront it-tifla tgħidilha ‘il-ħabel skappa!’ u titlaq il-ħabel minn idejha u l-Ġganta tibqa’ nieżla fil-bir. Ara: Manwel Magri – Ħrejjef Missirijietna, ta’ Ġorġ Mifsud Chircop, pp. 146 – 152.
Incantation used by children in games, believing that its magical properties will effect their opponents into playing their round badly (such as in marble games etc)
1. Għamla ta’ ċombin li jitkebbeb miegħu t-tajjar jew il-ħajt. 2. Logħba bħax-xixu (ara XIXU) E.S.I. 3. Logħba magħrufa wkoll bħala Piżallu jew bħala Ħames Ċagħkiet. Din hi logħba fejn it-tfal jaqbdu xi ftit piżelli f’idhom u jgħolluhom fl-ajru u jipprovaw jilqgħawhom f’idhom qabel ma’ jaqgħu fl-art. Idj: “int ġej bil-bżallu llum jew?” – tingħad lil xi ħadd li jkun ġej biċ-ċajt jew qed jipprova jkun diffiċli. etim. Tal. pisello – oriġ. rif. għall-forma taċ-ċombin. Ara: Logħob Taqbil u Ġugarelli ta’ Guido Lanfranco;
Children’s game played with nuts where one child hides a number of nuts in his fist and the other tries to guess the amount. If the one guessing gets the amount right, he gets to keep the nuts.
Speċi ta’ logħba tal-boċċi, fejn it-tfal jaqbdu ġebla tonda, u jgarawha lejn ġebla oħra, pjuttost ċatta, qisa ftira, li tkun ftit ‘il bogħod. Ir-rebbiegħ ikun dak li jirnexxielu jolqot l-aktar il-ġebla l-kbira u li fl-aħħar ikissirha. Sqal. ciappa, lastricina di pietra con cui giocan I ragazzi. Sors etim. J. A.
game played by rattling objects such as coins or nuts in the fist and then throwing them onto a flat surface with the player getting to keep those that are facing upwards (if coins) or standing erect (if nuts) – in the case of the latter the games is also known as waqqafija.
Children’s game where one child sits in the lap of an older person and pretends to row whilst saying: ‘dgħajsa galjotta, dgħajsa xambekkin, it-torok kanalja, l-insara qaddisin!’
Something that causes bursting; one who makes short frightening noises; children’s game that involves blowing up a piece of folded paper and bursting it with a bang.
Logħba ħafifa tat-tfal li tintlagħab b’karta li t-tfal jilwu b’mod li din tingħata l-forma ta’ arzella minfuħa bl-arja minn ġewwa. It-tfal jittantaw jagħfsuha b’qiegħ sieqhom bil-ħsieb li din tinfaqa’ u tagħmel ħoss qawwi. Sors: Piccolo Dizionario (1856).
Logħba li minn isimha u mill-mod kif tintlagħab tagħti ħjiel li jista’ jkun li kienet ispirata mill-imblokk storiku li sar mill-Maltin fuq il-Franċiżi bejn l-1798 u l-1800. Din il-logħba kienet tissejjaħ ukoll ‘Nista’ Għalik’. Din il-logħba tintlagħab bejn żewġ gruppi ta’ tfal. Kull grupp jimmarka żona bil-ġebel u bil-linji mpinġijin fl-art, biex dawn jirrapreżentaw il-‘belt’ li jkunu qegħdin jiddefendu; imbagħad il-‘ħabs’ ikun immarkat b’ġebla. Miż-‘żona-belt’ ta’ kull grupp it-tfal taż-żewġ naħat kienu joħorġu għan-nofs, bil-ħsieb li kull wieħed ‘jarresta’ l-għadu’ billi appena jirnexxilu jmiss lil xi ħadd b’idu. Min joħroġ l-aħħar ikun jista’ jaqbad lil min ikun ħareġ qablu mill-grupp l-ieħor u jisfidah billi jgħidlu, ‘Nista’ għalik!’ Kull min jinqabad, jintefa’ bħala ‘priġunier’ fil-‘ħabs’. Biss dak li jaqbad lil xi ħadd ikollu jmur fil-‘belt’ tal-‘għadu’ biex jikkonferma l-qabda li jkun għamel, billi jagħti tliet daqqiet lil wieħed mill-għedewwa. Mat-tielet daqqa dan it-tifel irid ikun ħafif biex jaħrab lura minn fejn ġie, biex ma jinqabadx. Lanfranco jgħid li din il-logħba hi simili ħafna, jekk mhux l-istess, bħal-logħba Gardinaw. Anton F. Attard jgħid li f’Għawdex din kienet logħba differenti għalkollox minn Gardinaw. Attard jgħid li l-Gwerra Franċiża kienet x’aktarx l-aktar logħba popolari mas-subien f’Għawdex, u kienet toħloq eċitament kbir. Sors: Logħob Folkloristiku ta’ Għawdex, Anton F. Attard, pp. 76-77. Ara: Logħob, Taqbil u Ġugarelli tat-Tfal Maltin ta’ Guido Lanfranco, Wise Owl Publications, p. 31.