Fellus ta’ Lulju jagħtik bajda f’San Pupulju

A chick that hatches in July will lay an egg by the feast of St. Publius (following April).

 

Il-ħmura ta’ filgħaxija, lesti d-debba għat-tiġrija, lesti d-dwieb għat-tiġrija; il-ħmura ta’ filgħodu lesti l-bhejjem fejn joqogħdu

Proverb: When the evening sky is red ready your mare for the race; when the morning sky is red prepare shelter for your beasts

Is-sajf f’Jannar, għana tal-fqir u tal-bidwi.

Proverb: Warm weather in January is contentment for the poor man and the farmer.

 

L-art tagħti kemm tagħmel magħha, ġid, hena, u fuq kollox is-saħħa.

Proverb: ‘The earth’s bounty depends on the amount of effort you invest in its care  – be it prosperity,  peace of mind, and above all – health.’

L-ewwel xita tkun għar-raba’ u għall-bjar, jekk tissokta, bil-ġid timla l-irziezet u d-djar.

Proverb: The first rains are for fields and to replenish the reservoirs, and if it continues to rain thereafter, the farms and homes will be filled with bounty.

Meta jidħol Ġunju, tqallibx l-art bil-moħriet, biex il-grass tagħha, ix-xemx ma teħodulhiex.

Proverb: when June sets in, do not use the plough to till the earth, so that the sun will not dry the undersoil.

 

Mill-ksieħ u r-riħ jiġu l-għelejjel; mix-xemx u x-xita jsiru l-għellejel.

Proverb: ‘the cold and wind bring disease; the sun and rain bring bounty’. Note the play on the plural of both għalla ‘disease’ and għalla ‘crops’.

Min għall-mullett ixammar, jifdallu x’iqammar.

Proverb: ‘He that wants to fish for mullet has to wait for many moons’ – A fisherman’s saying based on the close observation on the habits of mullets, which appear with the moon.

Min jixtri l-bikrija jkollu jiżen il-ħamrija!

Proverb: ‘whoever buys the premature or early crop (bikrija), will have to weigh the amount of soil.’

Nhar Santa Barbara, iż-żara’ jikber għabara

Proverb: Around St. Barabara’s feast day, the wheat would have reached its full growth.

Ref: JA

Ragħa fil-ġbiż ma jsemminx

Proverb: ‘Grazing on stubble, does not fatten.’