Karattri tal-Fantasija Maltin – Ktieb ġdid ta’ Ġużi Gatt
Dawk fostkom li jsegwu l-kitba li tidher fuq dan is-sit, żgur li jiftakru l-artikli ta’ Ġużi Gatt fuq il-Karattri tal-Fantasija Maltin. (more…)
Dawk fostkom li jsegwu l-kitba li tidher fuq dan is-sit, żgur li jiftakru l-artikli ta’ Ġużi Gatt fuq il-Karattri tal-Fantasija Maltin. (more…)
Dawk fostkom li huma midħla ta’ dan is-sit forsi għadkom tiftakru sensiela ta’ artikli miktuba minn Ġużi Gatt bl-isem “Xogħol il-Bidwi” – li kien fihom tagħrif meħud minn kalendarju tal-bidwi li kien ħareġ fl-1849. Issa dawn l-artikli ħarġu fi ktieb – it-tielet wieħed fis-sensiela “Qiegħda fil-Ponta ta’ Lsieni”.
Grazzi għal ħija l-kbir ġie f’idejja dan ir-rumanz interessanti li qrajt f’kemm trodd salib. L-istorja hi dwar l-Assedju l-Kbir iżda irrakontata minn puntudivista oriġinali – dik ta’ l-abitanti ta’ l-Imdina u l-madwar. Ir-rumanz idaħlek mill-ewwel fl-atmosfera ta’ dawk iż-żminijet, partikularment dik tal-biża’ mis-sibi tal-furbani u l-ħajja mwergħa ta’ missirijietna fuq kollox dawk li kienu jgħixu fil-kampanja – poplu li l-uniku ħarsien tiegħu kienu dawk il-ħitan dgħajfa ta’ dik il-belt qadima u li kien għadu jrid jsib sehmu taħt il-ħakma tal-kavallieri. (more…)
Dan hu wieħed mill-aqwa kotba li qatt qrajt f’kwalunkwe lingwa. (more…)
“….Il-valur ewlieni ta’ l-istejjer, li maż-żmien kellhom ihallu influwenzi kbar fuq il-biċċa l-kbira tan-narraturi li gew wara, jinsab fil-fatt lii Zammit irnexxilu jaqbad b’ħila fotografika (ghax tirripproduċi b’fedelta) u b’intwizzjoni poetika (ghax deffes fir-ritratti n-nifs tas-simpatija u ħadem b’id ġentili) dinja Maltija żghira fl-għabex tagħha.” (more…)
L-Ilsien Malti jitnissel mill-Għarbi. Jekk din il-ħaġa hawn min iddejqu, b’daqshekk hi mhix se tinbidel, u lanqas mhi se titlaq billi nissellfu u nużaw kliem barrani bl-addoċċ u bla bżonn, jew billi qajla ninqdew bil-għodod morfoloġiċi għat-tiswir tal-kliem meħtieġ għall-oqsma kollha tal-ħajja tal-lum, li fihom ilsienna tant hu għani.
Dizzjunarju Etimoloġiku miġbur minn Erin Serracino-Inglott (more…)