Nistħajjel għadhom fuqi

Dawk ix-xmux li besuni fit-tfulija

U nħoss taż-żmien is-sikka

Tħarbex1 fuq ġbini  r-radda2 tax-xjuħija

Tifrex dlielha l-balluta,

Dliel sfieq3 u ħodor bħal ma kienu darba,

Meta tfajjel fuq ruħi

Kont għar-raba’ mid-dar naħrab xi darba

 

Iżda t-tiflil tal-qoxra

Fuq zokk li jdur xi żewġt iqjiem jew tlieta4

Jgħid storja ta’ xjuħija

Bħal ma kellhom fiż-żmien ommha u nannietha:

 

Sa fuq l-iebes taż-żonqor,

Li jsewwed taħt is-silġ ta’ l-Alpi, l-lima

Tgħaddi tas-snin u tħalli

Il-barxa li turik kemm hi qadima5

 

Fuq wiċċek biss, ja baħar.

Żagħżugħ ta’ dejjem, jgħaddu s-snin bil-mija,

Bl-eluf u bl-għaxart elef,

U qatt ma jonqxu l-għelma6 tax-xjuħija.

 

Fik il-milja tal-ħajja;

Qalbek tħabbat bla heda u sidrek magħha

Jofrogħ u jimla, u tgħoddlok

Il-mewġa fuq ix-xtut it-taħbit tagħha,

 

U bħal wieħed li ġarrab

Il-ħakma ta’ l-imħabba, int L-Art ħanina

Tħaddan u tbus u tkellem,

U l-kelma li tgħidilna, hi safja u bnina!

 

Iżda meta saħħtek

Jogħġbok il-kotra b’xi taqlib tfisser,

U nara ‘l sidrek jikber,

U l-ħalel7 bojod fuq il-blat titkisser,

 

Jaqbadni l-biża’, u nibki

Naral taqbad l-iġfien u tilgħab bihom,

Bla xejn ma taħseb, kiefer!

Fid-dmugħ ta’ l-imsejknin li hemm ġo fihom.

 

Imma togħġobni, nħobbok,

Ja Baħar, meta tfajjel mingħajr dnewwa,

Tinxeħet fuq ir-ramel

Ta’ xtajta u kollok ċajt u kollok ħlewwa

Tilgħab b’werqa ta’ l-alka,

Jew b’sebgħek tinbex xi bebbux fil-bejta,

U tħaxwex dik il-għanja

Li tgħallimtha fil-bidu u qatt ma nsejtha8

 

1 – tħarbex: Tgħaddi bil-moħriet ħafif ħafif u bir-raddiet imbegħdin minn xulxin. Bi kliem ieħor: fi ġbin il-poeta bdew jidhru l-ewwel sinjali tax-xjuħija.

  1. Ir-Radda: Is-sinjal imħaffer li tħalli warajha s-sikka tal-moħriet.
  2. Dliel sfieq: xuxa mimlija, jiġifieri, ħafna friegħi tas-siġar marsusin ma’ xulxin.
  3. X’versi sbieħ u sħaħ – tistħajlek tara l-poeta jqis bil-qama l-balluta mfella miż-żmien
  4. Iż-żmien jaħli saħansitra l-ġebel iebes tal-muntanji miksijin bis-silġ
  5. Għelma = sinjal
  6. ħalel = mewġ

8. F’dawn l-aħħar żewġ strofi tidħol bil-qawwa s-sengħa u l-ħila tal-poeta. Il-baħar mhux iżjd ġorf li juri qilltu, imma tfajjel bla ħjiena (mingħajr dnewwa) f’qalbu, mixħut fuq ir-ramel, jilgħab bl-alka u b’sebgħu jinbex il-bebbux u jgħanni dejjem l-għanja li ilu jgħanniha sa mill-ħolqien. Aqra b’moħħok dan il-vers: “jew b’sebgħek tinbex xi bebbux fil-bejta” – jġiblek quddiem għajnejk id-dehra li messet qalb il-poeta u tħoss! Fil-għaqda t