Rajt warda mxebilka

Ta’ dar mal-ħitan,

Ta’ lewn ta’ nar aħmar,

Bħal lbies ta’ sultan.

Waqaft lejha nħares,

B’għajnejja mberrgħin,

U f’qalbi tqanqluli

Xewqat sbiħ, ħelwin.

 

U xiħ ġie fit-tieqa,

Lemaħni ħoshien,

U qalli biex naqta’

Xi warda b’serħien.

 

Meddejt idi mxennqa,

‘Ma dlonk karba slitt,

Għax ġieni wġigħ qawwi

F’dik l-id li newwilt.

 

U rajt minnha hierġa

Tad-demm xi qatriet,

Għax laqtet u ċċartet

Taz-zokk max-xewkiet.

 

Jaħasra, għedt f’qalbi,

Fid-dinja m’hawnx ferħ,

Li m’hux mħallat bl-għali ;

Biss f’Alla hemm is-serħ.

 

DUN PIETRU PAWL GRIMA

22-10-1031