ilmiklem.com bi pjaċir iħabbar li ingħata permess sabiex jirriproduċi artikli li dehru f’edizzjonijiet passati tal-pubblikazzjoni l-Imnara. Dawn l-artikli huma teżor ta’ tagħrif kulturali, storiku u folkloristiku Malti u ser jingħataw il-prominenza li jixirqilhom f’kategorija li ġiet maħluqa apposta bl-isem “mill-Imnara” li ssibuha fuq ix-xellug tal-faċċata ewlenija ta’ dan is-sit. L-Imnara hija ppubblikata mill-Għaqda tal-Folklor Malti. L-aħħar edizzjonijiet għadkom tistgħu tixtruhom. Inħeġġukom biex tagħmlu dan waqt li għadkom tistgħu ssibuhom għall-bejgħ mhux biss għax huma għajn ta’ tagħrif iżda wkoll sabiex tappoġġjaw lill-Għaqda tal-Folklor Malti li tagħmel tant xogħol ta’ fejda.