Buqar, ġarra. Ngħidu, ‘aħjar ma ddendilx kusek miegħu dak’, bħallikieku, jekk tazzarda ttawwalha ma’ dak li jkun tista’ tiġi f’inkwiet kbir. M.A.V. (1828) jagħti dan il-qawl: ‘La ddendilx kusek f’bieb l-imgħallaq’. Skont M.A.V. jgħid li din it-twissija tingħatha għax jekk wieħed idendel kusu ma’ bieb tal-familjari tal-imgħallaq dawn jistgħu jistħajlu li din hi mossa magħmula apposta biex tniggiżhom (il-kus imdendel jissimbolizza l-imgħallaq fuq il-forka). Inħoss li din l-analoġija mhix b’saħħitha biżżejjed. Nissuspetta li ‘mgħallaq’ hi korruzzjoni ta’ kelma antika, ‘magħlaq’, oġġett li jingħalaq, eż. bħal armarju li fih jitqiegħdu l-affarijiet bżonjużi. Nassumu li jekk hu hekk, it-twiddiba tagħmel aktar sens għax b’hekk wieħed qiegħed jagħti parir prattiku biex wieħed njeviga l-kus jinkiser. Fi kliem ieħor, l-qawl qiegħed iwiddeb li minn jissogra jagħmel xi ħaġa ta’ riskju jispiċċa ħażin. Fl-istorja li kiteb Agostino Levanzin, Is-Saħħar Falzun, naqraw hekk: ‘[…Girgor is-sakristant] ġibed ‘il ġewwa lil Ħamid biex xi flien ma jaraħx hemm u jorbotlu kusu ma’ bieb Ambroġ’. Sors: Ward ta’ Qari Malti, (1945), ‘Indiema Mwaħħra’, p. 214.