1. Grupp ta’ żeffiena tal-Karnival. Dawn jippreparaw ruħhom bi kwantità kbira ta’ provi għal bosta xhur qabel il-Karnival. Imbagħad fil-jiem tal-Karnival kienu jmorru jisfnu kemm fl-ibliet tal-Cottonera kif ukoll il-Belt Valletta. F’Għawdex ukoll kien hemm bosta kumittivi. Skont Anton F. Attard dawn kienu il-kumittivi ta’ Sannat, tal-Għarb, dawk Ta’ Kerċem, ta’ San Lawrenz u tax-Xagħra. 2. Żifna tal-Karnival li tixbah il-Maltija. Il-kumittiva kellha seba’ tappiet, jew seba’ żifniet: il-Kollura, l-Ingliża, il-Franċiża, il-Mina, il-Kannizzata, is-Salib u l-Parata. Tal. comitiva: grupp, kumpanija