Spiritiera ta’ daqs pjuttost ikbar mis-soltu, ħafna drabi b’erba’ ftejjel, ġieli aktar, li tintuża għal tisjir kbir. Kull ftila, biex tinxtegħel jew tintefa kienet ttitella’ ‘l fuq u titnżżel ’l isfel b’buttuna li wieħed idawwar lejn naħa jew oħra. Il-ftejjel kienu jinxtegħlu jew waħda waħda, jew kollha f’daqqa, skont il-bżonn. Meta wieħed kien issajjar ‘fuq ta’ bi tlieta’ dan kien ifisser li t-tliet ftejjel kollha kienu jinxtegħlu biex is-sħana tagħhom tkun aktar qawwija u l-ikel isir malajr. Ftila waħda biss kienet tkun miżmuma mixgħula nofs ta’ nhar sħiħ biex iżżomm l-ikel ‘itektek’) jew inkella biex iżżomm xi kitla msaħħna. Kien hemm ukoll il-kuċiniera tal-istim u l-kuċiniera tat-tromba.