Dan hu il-kurċifiss, li fil-Ġimgħa l-Kbira, f’diversi knejjes, waqt il-Prietka tal-Tliet Sigħat, kien jitniżżel bil-mod il-mod minn fuq is-salib b’mod solenni bħal parti mir-ritwali taċ-ċerimonja. Billi l-figura ta’ Kristu msallab kellha l-ġogi jiċċaqalqu u manuvrabbli, il-figura ta’ Kristu kienet tinqala’ minn mas-salib billi l-ewwel jinħallu d-dirgħajn minn mas-salib, u dawn jitniżżlu ‘l isfel biex imissu mal-ġenbejn tal-figura ta’ Kristu, imbagħad l-istatwa tinqala’ għal kollox mis-salib u titniżżel bil-mod il-mod fl-art. Sors: J. A. Ara: https://www.facebook.com/michael.azzopardi2/videos/10206065464813665/. Ħajr tal-video lil Alfred Debattista li ħa dan il-filmat fil-knisja tal-Lunzjata tal-patrijiet Dumnikani fil-Birgu.