Idj. ‘Reġa’/erġajna koppi’ – Tnehida li tfisser li xi ħadd għaddej minn esperjenza ripetuta. L-aktar li tingħad din l-espressjoni hi meta xi ħaġa mhux pjaċevoli isseħħ kemm-il darba. Il-kelma koppi ġejja mill-logħob tal-karti li fl-antik flok id-disinn tal-qlub fuq il-karti kien hemm kalċi li bit-Taljan jissejjaħ coppa (pl. coppe). Din l-espressjoni hi ispirata mil-logħba tal-karti msejħa ‘Trisett’. Il-logħba tintlagħab hekk: Il-karti tal-logħob immarkati bil-qlub (koppi) ta’ kulur aħmar jitqiegħdu fuq il-mejda tal-logħob. Imbagħad l-avversarju jew il-lagħbi li jkun tefagħhom jerġa’ jitfa’ karti oħra bil-koppi.   Bħal din l-espressjoni ngħud wkoll ‘waqa l-ASS!’