1. Mollusk tal-baħar. Wieħed jista’ jara kwantità kbira ta’ koċċli l-aktar mal-blat, jew miġmugħa mal-qiegħ tad-dgħajjes u tal-bastimenti. Minn żmien għal ieħor ikun hemm bżonn li l-qiegħ tad-dgħajsa jkun xkatlat biex il-koċċli u l-pjanti li jkunu qed jikbru mal-qiegħ ma jtaqqlux l-opra tal-baħar. Jeżistu diversi tipi ta’ koċċli. Forsi l-aktar magħrufa huma dawk tal-ispeċi Ostrea edulis (Ing. Mud jew Edible oyster), u oħrajn simili. Dawn huma tip ta’ mħar żgħar li darhom jitla’ kemxejn imtarraġ u ‘l fuq. 2. Fig. Nuqqas totali ta’ enerġija fil-bniedem, bħal meta wieħed tagħtih puplesija. Espr. ‘Narra taqbdek koċċla’, jew, ‘Qisu koċċla’ – tingħad għal bniedem mgħaxxex u bla enerġija. Puplesija jew ċmajra. 3. Koċċla hi wkoll rif. għal marda partikulari fejn il-ġisem tal-bniedem jiggronċja u jitkebbeb.  Palsy (1831) Sqal. cocciuli. Tal. cocciola.  Sors: J.A.