KLISTANIJA / KASTELLANJA:  Il-klistanija tirreferi għar-residenza jew l-palazzz tal-Kastellan, għaldqstant il-bini tal-Qorti. Orig. Castellania. Fiż-żmien medjevali, il-Kastellan f’Malta kien mibgħutmillawtoritajiet li kienu jiggvernaw ‘l Malta minn Sqallija.  I-kastellankellu r-residenza tiegħu fil-kastell ta’ Sant’Anġlu, il-Birgu u dan kien norm. imexxi il-GWARNIĠĠJON tal-post. Biż-żmien, il-kastellan kellu wkoll rwol ta’mħallef.. Mal-wasla tiegħu f’Malta, l-Ordni ta’ San Ġwann stabbilixxa l-kastellan fil-Birgu, fil-binja fejn wara kien mogħti lill-inwiżitur.  Meta l-Ordni mar il-Belt, il-kastellanja kienet stabbilita fi Triq il-Merkanti, fejn illum hemm il-Ministeru tas-Saħħa. Mal-kastellanja kien hemm il-ħabs. Il-faċċata ta’ din il-binja reġgħet inbniet fi stil Barokk fl-1760 minn Francesco Zerafa. Idj: ‘Wiċċu qisu l-għatba tal-klistanija’ – din tingħad għal xi ħadd li wiċċu jagħtih u ma jistħix. Ara: The Castellania Palace, From Law Courts To Guardian of the Nation’s Health,  ta’ Paul Cassar, 1988.