Rif. bil-Malti għall-iStella Polaris (Ing. Polar Star / Northern Star). Għal mijiet ta’ snin, l-aktar mis-seklu ħmistax ’il quddiem, din l-istilla kienet meqjusa bħala punt ta’ riferiment għall-baħħara biex isibu d-direzzjoni tan-navigazzjoni tal-bastiment. Dan għaliex din hi kewkba li dejjem tidher f’post fiss fis-smewwiet, lejn it-Tramuntana (Ing. Polar Axis), u ta’ min wieħed jafda fiha bħal riferiment ta’ direzzjoni. Il-bqija tal-istilel u l-kostellazzjonijiet li jidhru fis-smewwiet huma ppożizzjonati b’xi mod jew ieħor f’relazzjoni magħha. Dun Karm kiteb poeżija ddedikata lil din il-kewkba. Din il-poeżija li dehret f’Leħen il-Malti u fil-Ward ta’ Qari Malti (1945), p. 241, għandha erba’ strofi u tibda hekk:

 

Int biss ma titħarrekx; u kull flgħaxija
fil-jiem li naħrab tal-ibliet is-sħana
minn sema safi, ibajjad bl-oħla dija,
tidhirli tlebleb fuq it-Tramuntana.