jew KASTVAL / KAWŻALLA   1. Ġebla norm. tal-qawwi minn Għawdex li tkun twila madwar 60 ċm u wiesgħa daqs 15-il ċm li fiha kien jitħaffer speċi ta’ kanal mat-tul kollu tagħha, biex jintefa’ l-metall maħlul, fejn jifforma ruħu qabel ma jibbies. 2. Il-forma li tingħata lid-deheb jew lill-fidda meta dawn jiddewbu biex isiru ingotti – deheb kastvall. 3. Metall ieħor li jingħata din il-forma biex jintuża bħala saborra fuq il-bastimenti.  4. Ħadida twila, bħal virga, li tintuża bħala fus biex magħha jinżammu r-roti tal-karru jew karozzin.  5. Fig. bniedem ipokrita u li juri wiċċ b’ieħor. Bniedem li ma jistħi minn xejn. Espr. ‘wiċċ ta’ kastvall’. Hemm espr. oħra li tingħad b’mod ċiniku: ‘Dak il-bniedem fih biċċa deheb kastvall.’ Din tingħad għal xi ħadd li hu faċċol u għaldaqstant mhux ta’ min jafdah.  ĠOBON TAL-KASTVALL Tip ta’ ġobon li jsir mill-ħalib tal-baqar u jingħata s-sura ta’ ħbula mmaljati li jiddendlu minn lasti orizzontali biex jitħalla jistaġna bil-mod il-mod. Isem li ġej minn tip ta’ ġobon magħruf li jsir fl-Italja t’Isfel, l-aktar fi Sqallija madwar Ragusa, u li jgħidulu caciocavallo. Fl-Italja l-forma ta’ dan il-ġobon tixbah lil-lanġas, u jintrabat f’għenieqed. Biss, fir-reġjun ta’ Ragusa dan il-ġobon jingħata l-forma ta’ ingott tad-deheb. Etim. Sq. cascavaddu; final. Tal. cacciacavallo. Sorsi: E.S.I. u J.A