Jew KARTA TAL-GLORJA   Fuq l-artal, dari, il-qassis ċelebrant kien ikollu miktuba quddiemu l-orazzjonijiet ta’ ċertu tul tal-quddiesa, parti-liturġija tal-jum. Dan it-talb kien jitqiegħed fi kwadretti biex is-saċerdot ikun jista’ jaqrah faċilment. Dawn kwadretti norm. kienu jkunu tlieta, bil-kwadru tan-nofs xi ftit akbar mit-tnejn l-oħrajn. Fost it-talb kien ikun hemm biċċa mill-Evanġelju ta’ San Ġwann, għaliex fl-antik qabel ma tintemm il-quddiesa din kienet dejjem tinqara, il-Kredu u l-Glorja, u t-talb tal-ħasil tal-idejn (il-lavabo).Xi drabi kienu jitqassmu f’erba’ talbiet, kollha fl-istess inkwatru. Maż-żmien dawn il-kwadretti bdew ikunu f’forma aktarx dekorattiva tal-injam, tal-metall jew tal-fidda, bħalma mdorrijin narawhom fuq l-artal. Sors prinċipali: Lorenzo Zahra. Ara wkoll: ‘Il-Glossarju’, www.kappellimaltin.com.