Skwerra li tintuża mill-mastrudaxxi jew mill-bennejja biex jimmarkaw l-angoli akuti bi preċiżjoni fuq xogħol tal-injam jew tal-ġebel. B’hekk ix-xogħol ta’ nċanar u minċotti joħroġ angolat b’kantuniera preċiża. Idj: ‘Il-ħaġa daħlet qisha kartabun’ – jiġ. l-oġġett qabel preċiż mal-post li kien imqiegħed fih. Sqal. cartabboni.