(Pl. karlinijiet, karnijiet) Munita ta’ flus antika li oriġ. kienet mitbugħa f’Anjou, Franza mir-Re Karlu 1 fl-1278. Din il-kelma baqgħet tintuża għal bosta denominazzjonijiet ta’ flus f’diversi renji u għal bosta sekli. F’Malta ta’ ħmien l-Ordni il-karlin kien jiswa 10 ħabbiet. Sa żmien l-Ingliżi din il-munita kienet għada tintuża sakemm l-Ingliżi introduċew is-sold (1823). Anki wara il-Maltin kienu jħobbu jsemmuha, l-aktar it-Tliet Karnijiet (Karlinijiet) li kienu l-ekwivalenti għal żewġ soldi u nofs. Idj. Ma tiswix karlin – rif. għal kwalunkwe oġġett ta’ ftit valur.