1. Wieħed minn ħafna appellativi li u magħruf bihom ix-xitan. 2. Logħba ta’ bosta tfal li fosthom jintgħażlu tlieta. Tifel jew tifla tagħmilha ta’ Ġesù, tifla oħra tagħmilha tal-anġlu u tifel ieħor jagħmilha ta’ Karfusu, jiġ. tax-xitan. It-tifla li tagħmilha ta’ Ġesù, b’vuċi baxxa biex ma tinstemax mill-‘anġlu’ jew minn ‘Karfusu’, tagħti kulur lil kull wieħed u waħda mit-tfal li jkun hemm madwarha. Imbagħad jersqu lejha l-Anġlu u Karfusu u jsaqsuha x’tip ta’ kuluri hi tat lit-tfal. Fil-fatt din isaqsuhielha bit-Taljan: ‘Che colore?’ L-anġlu u Karfusu jibdew jissuġġerulha kulur wieħed wara l-ieħor, kif imisshom skont it-tokk. Kull darba li ż-żewġ karattri jaqtgħu l-kulur ta’ xi tifel jew tifla dawn ikollhom imorru ħdejn l-Anġlu jew Karfusu, skont min minnhom qata’ l-kulur. Fl-aħħar jingħaddu kemm-il tifel jew tifla hemm mal-‘anġlu’ u ma’ ‘Karfusu’, u jirbaħ dak li jkun qata’ l-akbar numru ta’ kuluri. TKARFAS Sar xitan, ixxajtan. Sqal. chifarusu. corto e gobbo. Sors: Logħob, Taqbil u Ġugarelli ta’ Guido Lanfranco, Wise Owl Publications, p. 35.