Dan kien jinbena mit-tfal biex jiġru fit-toroq bih. Kien ikun magħmul minn tavla jew twavel zgħar  kemm jifilħu tifel joqgħod bil-qiegħda. Minn taħt it-tavla jgħaddu żewġ injamiet, bħal kurrenti kull naħa tat-truf fil-wisgħa biex mat-truf tagħhom jintrabtu l-borejs. Imbagħad injama fin-nofs minn taħt ukoll li b’vit u skorfina jifforma maqbad li jservi speċi ta’ steering li wieħed seta’ jidderiġib’ħabel irqieq. Ir-roti tall-karettun kienu dejjem ikunu tal-ball bearing races, jew kif kienu jgħidulom tal-borejs. Il-ball races kienu jkunu meħuda minn xi spare parts ta’ xi gear tal-karozza jew parti minn magni kbar li tkun qegħda ssirilhom l-manutenzjoni jew ikunu intremew. Bi tlieta jew b’erbgħa minn dawn ir-roti mwaħħlin waħda ma’ kull tarf tal-kurrenti, dawn il-karettuni kont titla’ fuqhom u tiġri l-aktar fejn it-triq tagħti għan-niżla. Dan is-sewqan kien ipaxxi t-tfal u ħafna drabi jinkorla l-kbar għax kienu jagħmlu ħoss tremend meta jgħaddu mill-abitat.