1. Tip ta’ maskra / maskarat.  2. Fil-folklor Malti dan kien bniedem li jdaħħaq bil-mossi tiegħu u bill-ħwejjeġ li kien jilbes fil-Karnival. Appel. użat kemm għall-annimali kif ukoll għan-nies li għandhom imneħirhom ċatt jew mgħawweġ. Tal. camuso – imnieħer ċatt jew mgħaffeġ. Fit-teatru Grieg din il-fiżjonomija, irrappreżentata fuq il-maskri tal-atturi, meta mħallta ma’ xufftejn kbar u ġbin imżerżaq kienet tirrifletti l-persunaġġ ta’ bniedem sempliċi, fidil u x’aktarx belhieni. Etim. Tal. camuso – M. aġġ. għal imnieħer imfattar jew bħal dak ta’ mogħża. Ara: Mid-Dinja tas-Seħer u tal-Folklor, p. 127.  (D.) LIBES KAMUŻELL, andò in maschera. KAMUŻEL   (D) Maschera buffone zanni, L. scurra.  E.S.I. jagħti l-kelma bħala KEMUŻELL.