Titlu ta’ oriġini Biżantin lill-‘Madonna li Turi t-Triq’. Il-kelma Ittrija, jew Itrija ġejja minn hogitria li bil-Grieg li tfisser ‘Dik li turina t-triq’.  Dan it-titlu għandu l-oriġini tiegħu fil-Lvant Nofsani, prob. fis-Sirja. F’Malta teżisti kappella ddedikata lill-Madonna tal-Ittrija li tinsab maqtugħa għaliha f’xifer l-għolja li tagħti fuq Binġemma.