Wieħed sehwien (1) kien miexi u f’idu l-ħabel tal-ħmar u kien iġebbdu warajh. Rawh żewġ irġiel moħħom jilħqilhom u qal wieħed minnhom lil sieħbu: jien nieħu dal-ħmar lil dar-raġel. U qallu: Kif tieħdu? Wieġbu: Ejja miegħi u nurik. U mar miegħu. U resaq l-ieħor lejn il-ħmar, ħall il-ħabel minnu u tah lil sieħbu u tafa’ l-ħabel ma’ rasu. U baqa’ miexi wara s-sehwien sa ma għaraf li sieħbu mar bil-ħmar. Inbagħad waqaf, u ġebbdu s-sehwien bil-ħabel, imma ma mexiex.

Dar lejh u ra l-ħabel f’ras raġel. Qallu: Min int? Wieġbu: jien ħmarek, u lili ġratli biċċa tal-għaġeb. Kelli ommi xiħa u darba mort għandha fis-sakra u qaltli: Ibni, indem u dur lejn Alla l-Għoli minn danil-ħażen. U qbadt il·ħatar u drabtha bih, u hi dgħatli u bidilni

Alla l-Għoli fi ħmar u waqqagħni f’idejk. U bqajt għandek dan iż-żmien kollu. Meta kien dan iI·jum ftakritni ommi u ħennet qalbha għalijja, talbet għalijja u reġġagħni Alla bniedem kif kont.

Qallu r-raġel: Mhemmx setgħa u mhemmx qawwa ħlief f’ Alla l-kbir. Aħfirli ħija milli għamiltIek, minn kemm irkibtek. Inbagħad ħalla triqtu u mar u reġa’ sid il-ħmar lejn daru,miblugħ bil-għali.

Qaltlu martu: Xi ġralek u fejn hu l-ħmar?

Weġibha: Inti ma għandekx ħbar il-hmar, u jien inħabbrek bih.

U qalilha l-ġrajja tieghu. U qalet: jaħasra għalina! kif għaddielna dan iż-żmien kollu, u aħna konna naħdmu bi bniedem?

Inbagħad talbet maħfra, u qagħad ir-raġel id-dar żmien mingħajr xogħol.

U qaltlu martu: Kemm sa jdum dan iI-qgħad tiegħek id-dar mingħajr xogħol? Mur is-suq u ixtri ħmar u aħdem bih. U mar is-suq u waqaf iħares lejn iI-ħmir u jara l-ħmar tiegħu jinbiegħ. Xħin għarfu, resaq lejh, qiegħed fommu ma’ widintu u qallu: jaħasra għalik! jaqaw irġajt għas-sokor u drabt ‘I ommok?

Imma jien ma nixtrik qatt.

Maqlub mill-Għarbi minn P.P. SAYDON, 1933

  1. Sehwien = wieħed moħħu mxerred, aljenat.