jew IZZIKKAR    Il-moviment li t-tfal (l-aktar il-bniet) jagħmlu b’subgħajhom il-kbir (il-behem), biex jimbuttaw iż-żibġa jew xi ġellewż fost bosta biex din titqarreb lejn toqba li tkun daqs metru jew aktar distanti. Kull waħda mit-tfal tagħmel din il-mossa kemm ikun il-darba jkun hemm bżonn biex iż-żibeġ kollha tal-lagħba finalment jispiċċaw fit-toqba qabel dawk tal-avversarju tagħhom. Din il-logħba kienet tintlagħab fit-toroq, l-aktar fuq xi bankina jew fl-art fejn tinstab xi toqba żgħira ta’ ftit ċentimetri, imħaffra u lesta b’mod naturali. Tal. azzeccare – M. tolqot bis-saba’.