JEW INTERZJATURA:    Xogħol dekorattiv fl-injam jew fl-irħam fejn il-materjal ikun infilsat b’ieħor biex jagħti forma ta’ disinn jew dehra dekorattiva. L-isbaħ u l-akbar intarzjar fl-irħam li wieħed jista’ jitgħaxxaq bih qiegħed fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt. L-art hi miksija b’375 qabar tal-Kavallieri tal-Ordni. Dawn l-oqbra huma kollha b’xi mod jew ieħor iddekorati b’xogħol fl-intarzjar ta’ kull kulur. Tal. intarsio. Għ. tarraż