Tip ta’ għenba jew dielja li tieħu ħafna ismijiet skont fejn tkun qed titkabbar, eż. Insolja ta’ Burnaħħala, Insolja tal-Ġnejna, eċċ. Oriġ. l-Insolia ġejja mill-isem ta’ għeneb ta’ Sqallija magħrufa bħala Inzolja, għenba li titkabbar l-aktar fil-Punent ta’ Sqallija u li minnha jagħmlu l-Marsala. Fit-Toskana din l-għenba hi magħrufa bħala Ansonica. Dan l-għeneb jagħmel inbid abjad jew safrani, kemm ħelu kif ukoll ‘dry’.