Ir-reġistru ta’ atti pubbliċi notarili fejn jiġu insinwati l-atti legali. Fl-1865, Il-Gvernatur Sir Gaspard Le Marchand kien ordna li l-isem ta’ kull min jitwieled, jiżżewweġ jew imut, kellu bilfors jiġi rreġistrat mill-awtoritajiet ċivili. Sa dak iż-żmien reġistri bħal dawn kienu jinsabu biss f’idejn il-kappillani tal-parroċċi. Fl-insinwa, il-Belt Valletta, jinsabu kull tip ta’ kuntratti legali li saru f’dawn l-aħħar mitejn sena. Illum l-uffiċini pubbliċi tal-Insinwa qegħdin fil-bini magħruf bħala l-Evans Laboratory, li hemm ħdejn is-Sala Tal-Mediterran Għal Konferenzi, il-Belt.