Il-ħadida ta’ ċerta ħxuna u saħħa li tintuża mill-ħaddied biex fuqha jkun jista’ jimmartella jew jgħawweġ il-ħadid fil-forma li jixtieq. Dan ix-xogħol isir hekk kif il-ħadida tkun għada ratba, appena tkun ħarġet mill-forġa. L-oġġetti tal-metall li jinħadmu fuq l-inkwina jistgħu jvarjaw minn affarijiet żgħar, bħalma hi nagħla ta’ żiemel, sa affarijiet ħafna akbar, bħal poġġaman tat-taraġ, twieqi u bibien. Ing. anvil. L-inkwina jkolla tarf minnhom li ġej fit-tond u tidjieq għal ponta. Ma hawn il-virga tal-ħadid tkun tista’ titgħawweġ magħha biex tieħu l-forma fit-tond. Espr. ‘bejn il-mazza u l-inkwina’ – tingħad biex tirriferi għal sitwazzjoni fejn bniedem jinqabad bejn żewġ forzi li jistgħu jagħmlulu l-ħsara.