Ktieb antik mitbugħ fl-ewwel żminijiet wara l-invenzjoni tat-tbigħ, jiġ. minn madwar l-1440 sa  l-1500 W.K.  Fil-Bibljoteka Nazzjonali tal-Belt hemm diversi kotba li huma meqjusa bħala incunabula. Fost dawn insibu HORATIUS cum interpretatione Christophori Landini, Venetiis, 1486. u MISSALE secundum. consuetudinem Romanae Curiae, Venetiis, ta’ Franciscum Renner de Hailbrun, 1481. Lat. Incunabula –   Incuna + bulum.  M. ħwejjeġ tal-nieqa.  Sors:  Biblioteka Nazzjonali ta’ Malta.