INFETTI, TAL–  Rif. Għall-isptar fir-Rabat, Għawdex, fejn kienu jinżammu l-morda b’mard infettiv. Ċimiterju, bħal dak ta’ Birkirkara u dak li jinsab ’l isfel mill-Imdina, fejn indifnu dawk li mietu b’mard infettiv.  Isem mogħti liċ-ċimiterju li hemm taħt l-Imdina fit-triq li tgħaddi minn dawk l-inħawi u li twassal lejn it-toroq li jgħatu lejn l-Imġarr u lejn il-Mosta.  L-isem jirrifieri wkoll għall-inħawi tal-madwar. L-Isem jagħti wieħed x’jifhem li hawn kienu jindifnu nies li kienu mietu b’mard infettiv. Joe Barbara (facebook) jgħid hekk:Dan iċ-ċimiterju kienu jieħdu ħsiebu sew, almenu sa mitt-sena ilu. Waqt l-imxija tal-Influenza Spanjola kienu bosta li ndifnu hawn. Imbagħad iċ-ċimiterju ġie abandunat u żdingat. Kien hemm min żmien għall-ieħor ħa ħsiebu u anki sar xi tentattiv biex ikun irresawrat. Biss jidher li kien hemm anki żmien li xi wħud abbużaw u vvandalizzaw l-oqbra.’ Ara: PESTAKOLERA.