Dizzjunarju Etimoloġiku miġbur minn Erin Serracino-Inglott

Dan huwa xogħol monumentali w indispensabbli għal kull min tassew iħobb il-Malti.  Fuq it-30,000 kelma Maltija mfissra f’aktar minn 1,700 faċċata. Xogħol ta’ ‘l fuq minn 30 sena. Kull kelma f’ilsien in-nies, qadima jew ġdida, imfissra mhux biss bħala nisel iżda wkoll fis-sens figurativ jew idjomatiku tagħha, b’raxxa kbira ta’ l-aktar proverbji popolari. Fih ukoll l-ismijiet topografiċi u fejn jinsabu, ismijiet ta’ bhejjem, tjur, ħut, u ħxejjex, bit-tifsira tagħhom xjentifika. Fih ukol tifsira grammatikali kritika u storika ta’ l-ilsien Malti.

Id-dizzjunarju hu rakkomandat minn Bord ta’ Esperti magħmul mill-Prof. G. Aquilina, Dr. V. Depasquale u l-Prof. Mons. P.P. Saydon

http://www.bdlbooks.com/rare-books/4940-il-miklem-malti-sett-ta-disa-volumi.html