Dan il-pronistiku nkiteb minn spiżjar fl-1893 u huwa dedikat lil ħabib bidwi tiegħu. Apparti li miktub bl-idejn fuq pitazz, dan il-pronostiku huwa interessanti mhux biss għax huwa dokument tal-Malti fi stadju li kien għadu jiżviluppa fil-mod li jinkiteb iżda fih sezzjonijiet ta’ tagħrif interessanti bħal qwiel li għandhom x’jaqsmu max-xhur u informazzjoni dwar l-irwiegel.

Dan il-ktejjeb ġie ġentilment misluf minn S. Cusens biex jiġi diġitizzat sabiex ikun jista’ jitgawda mill-qarrejja ta’ ilmiklem.com u kull min iħobb l-ilsien Malti.