Idj. ‘Dawk it-tnejn dejjem flimkien, qishom id-di u d-do’.  Din if-frażi tirriferi għal tnejn min-nies li dejjem tarahom flimkien. Storikament, din l-idjoma inħolqot minn analoġija ispirata mill-fatt li għal bosta żmien, f’Marsamxett kien hemm żewġ vapuretti sorġuti ħdejn xulxin; xi żmien ieħor kienu ukoll fil-bajja tal-Kalkara.  Dawn kienu iż-żewġ gunboats HMS Dee u HMS Don.  It-tnejn li huma kienu nbnew f’Portsmouth fl-1877, u kienu jaħdmu kemm bl-istim kif ukoll bil-qlugħ.  Id-Dee kienet gunboat ta’ 363 tunnellata. Din ġiet mibjugħa fl-1902. Id-Don inbiegħet fl-1914.  Dawn iż-żewġ bastimenti kienu msemmija għal żewġ xmajjar fl-iSkozja li jġibu l-istess isem: Dee u Don.