IBLAQ / BELQI   1. Aġġ. li jirriferi għall-kulur iswed imħallat b’tebgħat bojod. Kulur griż. Norm. dan l-aġġ. kien jirriferi għall-kulur tal-pil tal-mogħoż jew annimali oħrajn domestikati. Kulur opak u li ma jgħaddix dawl minnu, eż. ħġieġ belqi. Il-kulur tal-frott li jkun qed jiskura minn dak ħadrani ta’ meta jkun għadu mhux misjur.  2. Appel. għal sema msaħħab li jkun qed jiċċara wara l-maltemp.