ĦARTUM   Imnieħer ta’ kelb jew geddum ta’ ħanżir. Xedaq ħiereġ ’il barra. Proboxxidi tal-iljunfant.   ĦARTUMA   1. Mogħża jew nagħġa bis-suf ta’ lewn iswed jew skur, biss li jkollha geddumha u mniħirha bojod.  ĦARTUMI  Appel. li jindika xi annimal li għandu ħartumu abjad.  2. Daqqa tal-id fuq il-geddum. Kien jingħad, ‘Qala’ ħartuma.’ – jiġ. qala’ daqqa ta’ ħarta goffa. Din il-kelma tintuża fl-istorja Aħlef u Għid is-Sewwa, meta Temi Zammit jirrakkonta hekk: ‘Dolor malli waslet għar-raħal, l-ewwel ma għamlet newlet ħartuma lil Marì tal-Lewżu, talli tenniet dak li semgħet mingħandha.’ Sors: Nies Bla Sabar u stejjer oħra, p. 54.