ĦAMALLU / PASTAŻ / FAKKIN

It-tliet kelmiet ifissru l-istess ħaġa: raġel li xogħolu hu li jġorr oġġetti ta’ toqol minn post għall-ieħor. Illum dawn it-tliet kelmiet għandhom konnotazzjoni differenti, għaliex kollha jirriferu għall-bniedem baxx u vulgari. Qawl: ‘Min jerfa’ qoftu mhux pastaż’ – jiġ. Dak il-bniedem iġġorr oġġett li hu tiegħu stess, mhux neċessarjament qed jagħmlu għaliex din hi l-professjoni tiegħu. Ħafna minn dawn il-psataż jew ħamalli kienu jitlajjaw f’ċerti postijiet, l-aktar max-xatt tal-port biex jistennew li jingħataw ix-xogħol. Ħafna drabi kienu jkunu nies ta’ manjieri goffi, jittantaw ix-xemx għaddejja u anke vulgari. Anki bil-Grieg il-kelma hamalis tapplika wkoll għaż-żewġ tifsiriet, dak ta’ persuna ta’ karattru baxx u ta’ wieħed li jġorr il-bagolli. Il-kelma hammall tintuża wkoll fit-Turkija għall-persuna li jġorr oġġetti ta’ ċertu toqol. Kelma oħra li tissemma għal dan il-persunaġġ hi ĠARRIER. Ara: Dizionario Portabile, Maltese, Italiano, Inglese ta’ F. Vella, 1843.