Wara li l-bidwi jfesdaq (joħroġ) il-qoton mill-bjad tal-pjanta (ġewż tal-qoton imlaħħaq), u jdommu (jiġbru), il-bidwi jibda jaħleġ il-qoton bil-ħallieġa. Il-ħallieġa jkollha żewġ rombli msenngin (b’singi mibruxin li jduru mar-rombli), biex meta l-qoton jgħaddi minn bejniethom, ir-rombli jifirdu ż-żerriegħa u din taqa’ fil-kexxun ta’ quddiem, filwaqt li l-qotna tibqa’ għaddejja minn bejn ir-rombli u taqa’ fil-kexxun ta’ wara. Meta titneħħa ż-żerriegħa, il-qoton jkun ’maħluġ’. Il-bidwi jbigħ il-maħluġ u min jixtrieh jieħdu għand id-daqqaq.  Ing. ginning. Ara: QOTONDAQQAQ.  Ara wkoll:  Qegħda Fil-Ponta ta’ Lsieni, Ġużi Gatt, pp. 221 – 253; Kont Nismagħhem Jgħidu … L-Ewwel Volum, Paul P. Borg, pp. 102 – 118.