Oġġett li bih wieħed iħakkek. Eż., 1. ĦAKKIEKA TAL-ĠOBON / MĦAKKA  Strument norm. tal-metall b’ħafna toqob ippuntati ’l barra, li wieħed juża biex fuqhom iħokk il-ġobon jew ikel ieħor, biex dan jitfarrak jew jitqaxxar fi frak żgħir.   ĦAKKIEKA TAL-ĦASIL  Oġġett li jintuża biex wieħed jogħrok dawk il-partijiet ta’ ġismu li huma diffiċli li jilħaqhom. Din it-tip ta’ ħakkieka tkun magħmula minn għadam jew materjal ieħor u jkollha manku twil. Ara: ĦAFFIEFA. Ħakkieka oħra hi dik taċ-ċarruta li tintuża biex tnaddaf il-ħġieġ jew l-għamara.  2. Fig. appel. li jintuża għal xi mara li tagħmilha mal-irġiel biex takkwista dak li trid mingħandhom. il-ĦAKKIEKA TAL-KRIKK Il-krikk huwa l-brejk tal-karrrettun li jkollu ħadida sura ta’ ċoff vertikali li jross maċ-ċirku tar-rota biex trażżanha. Il-krikk jintuża l-aktar fin-niżliet. Meta xi ħadd ngħidulu “ħakkieka ta’ krikk” ifisser li ghandu lsienu ħazin u jħobb jibbottja u jinsolenta lin-nies.