Il-pellegrinaġġ tradizzjonali li jsir kull sena, fl-ewwel Ħadd tar-Randan f’Ħaż-Żabbar, b’qima lejn il-Madonna tal-Grazzja. Fl-antik, in-nies kienu jmorru ħafna drabi bil-mixi lejn Ħaż-Żabbar, u mat-triq kienu jirreċitaw it-talb. Biż-żmien dan il-pelegrinaġġ beda jkollu skop ieħor dak li jsir bħala penitenza kollettiva biex jinħafru d-dnubiet li setgħu saru fil-jiem tal-karnival. Fit-tletinijiet tas-seklu għoxrin, il-pellegrinaġġ ħa forma oħra, għax beda jkun organizzat biss fit-triq tas-Santwarju. Fil-ħamsinijiet kienu introdotti wkoll xi karrijiet bl-immaġini tal-Madonna bi skop li jkattru devozzjoni. Ara: Il-Ġimgħa l-Kbira F’Malta ta’ Brian Bonnici, pp. 12-14.  http://zabbar.webs.com/haddinnies.htm