1. Kull tip ta’ għalf li norm. hu rikonoxxut bħala ikel nutrittiv għall-annimali li jitrabbew mir-raħħala. Il-ġwież jista’ jkun ta’ diversi tipi, pereż. dak naturali bħall-qaraboċċ, qamħirrun, ċiċri, nuħħala, farru eċċ., u dak artifiċjali, maħdum qisu tappijiet jew f’boċċi żgħar (Ing. pellets). 2. Ikel li norm. jittiekel mal-ħobż. Espr. ‘Qiegħed fuq il-ġwież, ħej!’ – jiġ. qiegħed jiekol tajjeb u ma jonqsu xejn. Fig. Din hi rimarka kemmxejn umoristika għal xi ħadd li ma jonqsu xejn fil-ħajja. ĠEWWEŻ v. 1. Kiel l-ikel b’mod li kkonsma aktar il-ħobż milli ikel ieħor. Kiel b’mod li ma ħeliex l-ikel li kellu jiekol. 2. Jgħix ħajja b’mod li jnaqqas l-ispiża tal-affarijiet frivoli u jonfoq biss dak li hu l-aktar essenzjali għall-ħajja. 3. v. Ipprova jnaqqas jew jaħbi l-ħtija ta’ xi ħadd akkużat bi ħtija. Eż. L-avukat ipprova jġewwiżha mal-maġistrat biex jeħles lill-imputat minn piena li tistħoqqlu.