1.  Din kienet rifirenza oħra għal ċella, imħaffra fl-art forma ta’ qanpiena.   Fi żmien l-Ordni dawk il-kavallieri misjuba ħatja ta’ xi reat kienu jintbgħatu fil-ħabs ta’ Sant’Anġlu.  Hawn kienu jqattu’ ż-żmien tal-priġunerija ‘in turris’ x’aktarx fil-‘guva’. 2. Kabina żgħira, speċi ta’ għarmarju kbir, fil-pruwa jew fil-poppa tal-bastiment, fejn kienu jinżammu diversi affarijiet mhux daqstant importanti. Din il-kabina kienet tintuża wkoll biex jinżammu dawk li ma jġibux ruħom sew waqt il-vjaġġ. 3. Kamra żgħira jew gaġġa kbira fuq ir-raff bejn jinżammu l-għasar anki biex ibidu l-bajd.