L-għolja u l-fanal, li jinsabu fin-naħa tal-Għasri, Għawdex. Dan il-fanal inbena fl-1667, bi flus Fra Henry de Gourdan, Kavallier tal-Lingwa ta’ Alvernja. Għal ħafna żmien, dan il-fanal kien abbandunat. Fl-1853, l-Ingliżi poġġew fanal ieħor, fl-istess binja, li kien jaħdem b’lampa kbira taż-żejt. Fl-1857, din il-lampa nbidlet ma’ erba’ lampi oħra tal-gass. Kien biss fl-1963, li d-dawl tal-elettriku kien installat flok dawn il-lampi. Kuljum, hawn jittieħdu notamenti tat-temp u jiġi ċċekjat il-livell tat-tniġġis tal-arja. Għadu jeżisti Ir-reġistru bin-notamenti mniżżla kuljum dwar ir-rapport tat-temp, li jmur lura għas-seklu dsatax.