ĠURATI (tal-Università) Il-membri tal-kunsilli tal-Università tal-Imdina, tar-Rabat Għawdex, tal-Birgu u tal-Belt). Fi żmien l-Ordni norm. Kull wieħed minn dawn il-kunsilli kien jkun magħmul minn tliet jew erba’ ġurati. Il-ġurati tal-Imdina kienu bosta drabi jkunu magħżula mill-familji nobbli. Fiż-żminijiet tan-nofs tardiv, il-ġurati tal-Imdina tista’ tgħid kellhom is-setgħa fuq Malta daqslikieku il-gvern amministrattiv tal-gżira. Il-ġurati ta’ Għawdex kienu jaħdmu bl-awtonomija tagħhom. Il-ġurati tal-Belt kienu dawk li jirrappreżentaw il-popolazzjoni tal-Belt Valletta, waqt li dawk tal-Birgu kienu jieħdu ħsieb il-belt tagħhom. Dawn it-tnejn kif ukoll ta’ Għawdex kellhom l-appoġġ tal-Ordni. Turija ta’ din il-ħbiberija bejn il-ġurati tal-Birgu u l-Ordni narawh mill-fatt illi dawn stinkaw kemm felħu biex fl-1705 jittella’ bi flushom il-monument tal-Assedju l-Kbir li llum hemm fil-pjazza tal-Birgu.