jew Ġuklar: Din il-kelma ġejja minn guocoliere, jiġifieri xi ħadd li xogħlu hu li jagħti pjaċir lin-nies, billi jdaħħak jew idoqq xi strument. (qab. Il-kelma ingliża juggler u l-Lat. joculator – M. buffu). Fis-sens Malti, il-ġukulier kien dak li jdoqq xi strument mużikali jew xi ħadd li jagħti pjaċir bil-mossi tad-daħkl tiegħu. Interessanti li dan l-appellativ jidher fl-1419 diversi drabi, fil-lista tal-Milizja, ħdejn xi ismijiet ta’ dawk li kienu rreġistrati u ngaġġati fid-Dejma. Żgur li hemm xi raġuni partikulari għall-inklużjoni ta’ dawn in-notamenti fil-lista. Tgħid dawn il-ġukulari kienu jingħataw xi trattament speċjali, billi kienu jferrħu lil sħabhom waqt il-perijodu tas-servizz military? Jew, kienux dawn eżentati mis-servizz tal-għassa f’xi każijiet speċjali? Ara: ‘The Militia List’, ta’ G. Wettinger, Melita Historica, Vol V no 2, 1969. Pp. 80 -106.