Dan kien il-laqam kif kien magħruf ma’ bosta t-Teatru Goldoni. Dan it-teatrin kien jinsab fi Triq il-Katidral, f’Tas-Sliema, fis-seklu dsatax u l-bidu tas-seklu għoxrin, fejn illum hemm l-iskola Saint Joseph. Il-Goldoni kien infetaħ fis-snin sebgħin tas-seklu dsatax. Il-binja oriġ. kienet palazzin jew villa, ta’ ċerta Madame Gobeau, mara Franċiża, u għaldaqstant il-Maltin kienu jsejħu lil din il-villa ‘Ta’ Gubuna’. Inċidentalment din il-mara kienet ukoll sid ta’ waħda mill-eqdem lukandi li kien hemm il-Belt, il-Clarence Hotel, li kienet tinsab fi Strada Rjali, fl-ewwel nofs tas-seklu dsatax. Ħajr: Winston Zammit. Ara: Rajt Malta Tinbidel, it-Tieni Ktieb, p. 180.