Katina tad-deheb maħduma b’mod artiġjanali tal-aqwa kwalità biex tintlibes bħal kullana tal-barbazzal. Din il-katina kienet tintlibes mill-kanonċi u magħha kien ikun imdendel salib. Dan ix-xogħol fin fid-deheb kien jintlibes ukoll min-nisa kif ukoll mill-irġiel. Tal-aħħar kienu idendlu din it-tip ta’ katina biex jiddendel arloġġ tal-but mill-ġlekk. Etim. Tal. grano spinato – M. żerriegħa bix-xewk.