Struttura tal-injam magħmula minn żewġ lasti marbutin forma ta’ l-ittra A, li tintuża biex minn tarjola mdendla magħha jintrefgħu oġġetti tqal b’ħabel. Il-grabja tkun imbuttata jew miġbuda biex tmil lura jew ’il quddiem kif ikun hemm bżonn,  ħalli l-ħabel joħroġ ’il barra jew jinġibed ’il ġewwa. Il-grabja kienet tintuża l-aktar fil-kostruzzjoni tal-bini. Hemm ukoll grabji li jserrħu fuq tliet saqajn, u li kienu  jintużaw l-aktar fl-irfigħ tal-qamħ mill-fosos.  Oriġ. etim. inċerta, biss x’aktarx mill-Għ. u tfisser struttura tal-injam li fuqha sserraħ it-tinda. Ara: E.S.I. Tal. grabbia jew grampia. Sqal. gravia graja. Għ. krabja.