Logħba fejn il-kompetituri  jippruvaw jixxabbtu ma’ arblu maħruġ mimdud ’l barra mill-art,  jew minn fuq barkun għal fuq il-baħar. Il-kompetitur jassalta jiġri fuq l-arblu li jkun mimdud bix-xaħam waqt li jipprova jżomm il-bilanċ biex jilħaq it-tarf tal-arblu u jaħtaf il-bandiera. Bit-tidlik tax-xaħam mal-arblu, il-kompetitur faċli jiżloq, u ta’ spiss jaqa’ fl-ilma qabel ma jilħaq it=tarf tal-arblu, għall-gost u d-daħk tan-nies. F’din il-logħba, li taraha f’ċerti festi, bħal tal-Imsida u San Ġiljan, ġieli jkun hemm rigali ta’ flus x’jintrebħu.  Tal. Giostra. Ing. Jousting.