Speċi ta’ qanpiena żgħira li tiddendel mal-għonq ta’ l-annimal domestikat biex sidu jkun jaf fejn qiegħed. Il-ġolġol jissemma fl-istorja tal-qattus u l-ġrieden, fejn il-ġrieden jiftiehmu li jdendlu l-ġolġol ma’ għonq il-qattus, biex ikunu jafu meta ġej. Fl-isorja ħadd minnhom ma jrid idendlu hu għax kollha jibżgħu mill-qattus. Qawl: Fi Frar jindaqqu l-ġlieġel. – Dan il-qawl jirriferi għall-ġranet ta’ bluha tal-Karnival.